• Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden lill-koppji għarajjes li żżewġu fl-2018 u lill-koppji li ser jiżżewġu matul l-2019, għal ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Il-Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir għada s-Sibt, 5 ta’ Jannar 2019, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m.

    Il-Quddiesa għall-għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena ser issir is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2019, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m.

    Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J. Scicluna li wara l-Quddies ser jiltaqa’ mal-koppji.