• Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2016, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2, Net, One u F Living.

    Il-Ħadd 3 ta’ Jannar, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    Is-Sibt 9 ta’ Jannar, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss anness mal-Bażilika tan-Natività ta’ Marija, l-Isla.

    Il-Ħadd 10 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq  l-400 anniversarju tal-Parroċċa ta’ Ħaż Żabbar.

    Is-Sibt 16 ta’ Jannar, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.

    Il-Ħadd 17 ta’ Jannar, fis-6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Burmarrad.

    Is-Sibt 23 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-Traslazzjoni tar-Relikwa, Għasar u Quddiesa, fis-Solennità tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, it-titular tal-Katidral, fil-Katidral tal-Imdina.

    Il-Ħadd 24 ta’ Jannar, fid-9.30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fis-Solennità tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u Vespri fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt 30 ta’ Jannar, fid-9.15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Qawra.​