• Is‑Sibt l‑1 ta’ April 2017, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja l‑Qadima ta’ Santa Venera, fil-bidu tal‑Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Venera. Fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra għat‑tfal, fil‑Palazz Verdala, il-Buskett.

    Il‑Ħadd 2 ta’ April, fil‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fil‑11:30 a.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, bħala parti mill-Viżta Pastorali.

    L‑Erbgħa 5 ta’ April, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Barka Sagramentali wara l‑inawgurazzjoni tar‑restawr tal‑Via Crucis, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    Il‑Ġimgħa 7 ta’ April, Jum id‑Duluri, fin‑12:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑ħaddiema tal‑Bank of Valletta, fil-Head Office, Santa Venera. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta.

    Il‑Ħadd 9 ta’ April, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L‑Erbgħa 12 ta’ April, fis‑7.00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra Nazzjonali li tibda minn Bieb il‑Belt, u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, għall‑ħabta tat‑8.15 p.m. Il-Via Sacra tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u Radju Marija.

    Il‑Ħamis 13 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju Marija. Fis‑6:00 p.m., l-Arċisqof imexxi t‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il‑Ġimgħa 14 ta’ April, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Is‑Sibt 15 ta’ April, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Il‑Ħadd 16 ta’ April, Ħadd il‑Għid, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Iċ‑Ċelebrazzjonijiet kollha tal‑Ġimgħa Mqaddsa ser jixxandru ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L‑Erbgħa 19 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑Pellegrinaġġ jitlaq mill‑Kappella ta’ San Klement. Wara waqfa fil‑Knisja Parrokkjali, il‑pellegrinaġġ ikompli għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑100 sena mill‑konsagrazzjoni tal‑Knisja tat‑Trinità Qaddisa, il‑Marsa.

    Is‑Sibt 22 ta’ April, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’Servizz Ekumeniku, f’għeluq il‑500 sena tar‑Riforma ta’ Luteru, fil‑Katidral tal‑Imdina.

    Il‑Ħadd 23 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑Iscouts Association u l‑Girl Guides Movement, fil‑Knisja ta’ San Publiju, il‑Furjana. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Festa tal‑Ħniena Divina, fis‑Santwarju Ħniena Divina, San Pawl Tat‑Tarġa, in‑Naxxar. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju Marija.

    It‑Tlieta 25 ta’ April, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mad‑Delegati tas‑SIGNIS (L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Komunikaturi Insara), fil‑Kappella tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

    Il‑Ħamis 27 ta’ April, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑istudenti u l‑istaff tat‑tlett skejjel Agostinjani, quddiem l‑iskola St Monica, Fleur‑de‑Lys, Birkirkara.

    Is‑Sibt 29 ta’ April, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa ta’ San Ġużepp, patrun tal‑ħaddiema, fil‑Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

    Il‑Ħadd 30 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Publiju, il‑Furjana.