Il-President ta’ Malta George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fil-Belt Valletta. L-Arċisqof qal li l-kontribut konkret tal-Knisja f’Malta b’solidarjetà mal-valuri tal-Community Chest Fund, hu appell biex kulħadd jikkopera u jagħti milli jista’.

Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett ta’ restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular ta’ isfel.

Il-Kurja tal-Arċisqof silfet dan il-post alternattiv wara intervent mill-Arċisqof Scicluna nnifsu. Wara li daru mal-uffiċini u sellmu lill-ħaddiema, il-President Vella rringrazzja lill-Arċisqof Scicluna u lill-Knisja talli pprovdew dan l-ispazju lill-fondazzjoni.

Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Scicluna qal li dan il-ġest mill-awtoritajiet tal-Knisja kien att konkret biex jappoġġjaw il-ħidma tal-MCCFF.

F’ kumment l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna qal li dan hu mod konkret kif il-Knisja qiegħda tilqa’ l-kampanja ta’ solidarjeta li organizza l-Community Chest Fund. Huwa qal li m’hemmx narrattiva isbaħ minn knisja li tipparteċipa u tkun ta’ spalla għall-Community Chest Fund.

Min-naħa tiegħu l-President ta’ Malta George Vella spjega kif l-Arċisqof laqa’ mill-ewwel it-talba li għamillu u tah il-post biex jagħmluhom uffiċini. Hu rringrazzja lill-Arċisqof għad-disponibbiltà tiegħu u qal li l-post fejn qegħdin bħalissa hu aħjar minn fejn kienu qabel.

Iż-żewġ mexxejja appellaw lil kulħadd sabiex juri s-solidarjetà tiegħu ma’ dawk fil-bżonn, billi jgħin lill-fondazzjoni permezz ta’ donazzjonijiet matul il-maratona televiżiva li jmiss ta’ L-Istrina u bi kwalunkwe mod ieħor.

Sors: Newsbook.com.mt

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja ħafna lill-Eċċellenza Tiegħu l-President tal-kliem ġentili tiegħu.

Waqt li qed nisimgħu jitkellem ftakart fil-vjaġġ ‘Knisja waħda vjaġġ wieħed’, li nedejna s-sena li għaddiet: li minn Knisja li tisma’ qed nippruvaw ngħaddu għall-Knisja li tilqa’ u naħseb li hu mod konkret kif il-Knisja tilqa’ din il-kampanja ta’ solidarjetà li torganizza l-Community Chest Fund matul is-sena. Qegħdin fil-klima li nippreparaw għall-Istrina. Naħseb il-kontribut konkret tal-Knisja f’Malta, b’solidarjetà mal-valuri tal-Community Chest Fund, hu wkoll sinjal u appell biex kulħadd jikkopera, biex kulħadd jagħti milli jista’ anke b’mod konkret.

Meta rajt dan l-ambjent ukoll kif ġie trasformat, ambjent akkoljenti għal min qed jaħdem hawnhekk, għal min iżur l-faċilitajiet tal-Malta Community Chest Fund, ħadt pjaċir għax meta ambjent tużah qed issalvah. Imma ma naħsibx li hemm narrattiva isbaħ anke fi żmien tal-Milied li l-Knisja qed tipparteċipa b’mod konkret fl-isforzi kollha li jagħmlu l-Malta Comununity Chest Fund Foundation biex inkunu ta’ spalla għal tant nies li għandhom bżonn.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Aktar ritratti >>