• The Archbishop’s Message

  • Dan iċ-iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn għoġobkom tistiednuni huwa ambjent ta’ ġenerożità kontinwà. Ħadt pjaċir niltaqa’ wkoll mal-kollegi tal-LifeCycle li sejrin l-Iżlanda, u nawgurawlhom minn issa u nispera li jkollhom is-sapport li dejjem kellhom għall-kawża tant ġusta. Li tagħti d-demm huwa li tagħti xi ħaġa minn tiegħek, imma fil-verita tkun qed tagħmel ħafna iżjed milli inti taħseb fl-effetti tal-għotja tiegħek, mhux biss fis-sinjifikat ta’ solidarjetà, imma propju fis-saħħa ta’ dak li jkun.

    Aħna bħala Knisja, u l-esperti tagħna, qegħdin niffinaliżaw ir-risposta li se nagħtu għall-whitepaper dwar id-donazzjoni tal-organi, li huwa wkoll aspett importanti għaliex anke d-demm huwa organu li aħna kontinwament nipproduċu u li faċilment, speċjalment meta wieħed ikun ibiegħ is-saħħa bħal ħafna żgħażagħ, ikun jista’ jagħti b’ġenerożità kbira. Jien nirringrazzja lil tant Maltin u Għawdxin li parti miċ-ċiklu tas-sena tagħhom jinkludi wkoll vista lil dan il-Bank tad-Demm, u li joffru b’ġenerożità kbira id-demm tagħhom għall-ġid tal-proxxmu.

    Nirringrazzja ħafna l-media tal-interess tagħhom u nappella lill-poplu Malti biex jibqa’ jkun ġeneruż ma’ dan id-depożitu tad-demm li hu mħabba konkreta għall-proxxmu.

    Charles J. Scicluna
        Arċisqof ta’ Malta