• Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J Scicluna,  kixfu bust ta’ San Ġorġ Preca. Din iċ-ċerimonja saret fil-jum tal-Festa Liturġika ta’ dan l-ewwel qaddis Malti. 

    Il-President qalet li hi, bħala Maltija, tħossa kburija b’dan il-Qaddis Malti, u tagħraf kemm kien viżjonarju u mnebbah, għax dak li kien jgħid San Ġorġ għadu jgħodd sal-ġurnata tal-lum.

    Dan il-bust kien qiegħed jinżamm fis-sagrestija tal-Kappella tal-Madonna tal-Pilar u issa jinsab biswit il-bieb tal-Kappella.

  • Ritratti: D.O.I