‘I HAVE LEARNT AND CONTINUE TO LEARN TO BE OF SERVICE TO OTHERS’
23/01/2010‘Tgħallimt u qed nitgħallem ħafna nkun ta’ servizz għall-oħrajn’. Hekk iddeskriva l-esperjenza tiegħu fl-Episkopat l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, f’kummenti li ta lil IL-ĠENSillum online, fl-okkażjoni tal-anniversarju Episkopali.
F’dawn il-jiem, il-Knisja Maltija qed tfakkar żewġ anniversarji Episkopali importanti. Ilbieraħ ħabat ir-raba’ anniversarju minn meta l-Isqof Grech ġie kkonsagrat u għamel l-Ingress tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja f’Għawdex.
It-Tlieta, imbagħad, f’Malta titfakkar it-tielet sena mill-Konsagrazzjoni tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP… Read more »













