‘Tgħallimt u qed nitgħallem ħafna nkun ta’ servizz għall-oħrajn’. Hekk iddeskriva l-esperjenza tiegħu fl-Episkopat l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, f’kummenti li ta lil IL-ĠENSillum online, fl-okkażjoni tal-anniversarju Episkopali.

F’dawn il-jiem, il-Knisja Maltija qed tfakkar żewġ anniversarji Episkopali importanti. Ilbieraħ ħabat ir-raba’ anniversarju minn meta l-Isqof Grech ġie kkonsagrat u għamel l-Ingress tiegħu bħala Ragħaj tal-Knisja f’Għawdex.
It-Tlieta, imbagħad, f’Malta titfakkar it-tielet sena mill-Konsagrazzjoni tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP.

Mistoqsi dwar xi jfissru għalih erba’ snin ta’ Episkopat, Mons Grech fisser li dawn l-erba’ snin kienu esperjenza fejn “nista’ ngħid li tgħallimt u qed nitgħallem ħafna nkun ta’ servizz għall-oħrajn”.

Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, żur is-sit www.il-gensillum.com