MALTESE HOSPITAL IN GHANA EARNS PRESIDENT’S PRAISES
28/11/2009Il-President tal-Ghana, John Atta Mills, kellu kliem ta’ tifħir għall-hopeXchange Health Project, li hu sejjaħ bħala sforz kollaborattiv uniku ta’ esperti u istituzzjonijiet mill-aqwa, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, li se jaħdmu flimkien biex jindirizzaw ħtiġijiet maġġuri tas-saħħa fil-Ghana u fl-Afrika ’l Isfel mis-Saħara.
Il-hopeXchange Medical Center inbena mill-organizzazzjoni tal-karitàHopeXchange, inizjattiva umanitarja tal-Institute for World Evangelisation – ICPE Mission, li għandu għarfien Pontifiċju u li twaqqaf f’Malta minn Mario u Anna Cappello fl-1985… Read more »











