“Do not be ashamed of reciting the Rosary” – The Archbishop on the occasion of the feast of Our Lady of Pompei in Marsaxlokk
09/05/2015-
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pellegrinaġġ u ċċelebra Quddiesa fir-raħal ta’ Marsaxlokk, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna ta’ Pompei. L-Arċisqof wasal b’dgħajsa tradizzjonali tas-sajd fil-port ta’ Marsaxlokk fejn sar pellegrinaġġ matul Xatt is-Sajjieda lejn il-Knisja, bil-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei u li matulu ntalab ir-Rużarju. Wara l-pellegrinaġġ saret il-Quddiesa fil-Pjazza Madonna ta’ Pompei, quddiem il-knisja.
Il-Pellegrinaġġ tal-Madonna ta’ Pompei sar għall-ewwel darba fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk fit-8 ta’ Mejju 1963, il-jum li fih tiġi ċċelebrata l-Festa Liturġika tal-Madonna ta’ Pompei…