The Archbishop appoints two parish priests for Kalkara and Paola (Ta’ Lourdes)
13/05/2017- Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Kalkara
-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Brian Gianlanzè bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara.
Dun Brian Gianlanzè twieled fit‑30 ta’ Jannar 1974. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ Birżebbuġa, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liceo Vassalli, Tal‑Ħandaq, u kompla jistudja fil‑Pre‑Vocational School Health Care u fl‑Istitut għall‑Kura tas‑Saħħa. Kompla bl‑edukazzjoni terzjarja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta, fejn studja wkoll it‑Teoloġija Pastorali…
-