• Bejn is-Sibt 3 u t-Tnejn 5 ta’ Frar 2018 l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan.  

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Alwigi, mal-anzjani f’Casa Antonia, mal-vittmi ta’ vjolenza domestika f’Dar Merħba Bik u mal-pazjenti li qed jirċievu kura paljattiva mill-Hospice Malta. Mons. Arcisqof iltaqa’ wkoll ma’ familji refuġjati residenti fil-Parrocca ta’ Ħal Balzan, u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu sehem fil-Parrocca.

    Huwa pparteċipa f’laqgħat ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali, mat-tfal, mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ u mal-operaturi pastorali tal-parroċċa.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace