Għat-tieni sena konsekuttiva, waqt il-Foundation for Environmental Education Fest (FEE Fest), intramaw Prayer Spaces li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u l-ħolqien. L-FEE Fest hi attività mifruxa fuq tliet ijiem fejn l-istudenti jingħataw l-opportunità jsiru aktar familjari ma’ programmi dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.
Fil-Prayer Spaces, gruppi ta’ studenti adolexxenti Maltn u Għawdxin minn skejjel primarji u sekondarji, talbu u rriflettew permezz ta’ tmien spazji ta’ talb fosthom, li kitbu talb għan-nies fid-dinja wara li raw powerpoint presentation b’realtijiet diversi ta’ nies madwar id-dinja…