Meeting for pastoral operators: The Church’s priorities in the light of Emmaus
03/06/2019-
L-ikona ta’ Għemmaws iddawwal il-viżjoni tagħna bħala Knisja fis-soċjetà ta’ żmienna. L-esperjenza taż-żewġ dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws hija l-ġrajja li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppreżenta għar-riflessjoni tagħna fil-bini u t-twettiq ta’ pjan pastorali għad-djoċesi tagħna fl-Assemblea Djoċesana li għaddiet.
Minn din il-ġrajja joħorġu qawwija erba’ attitudnijiet li trid tħaddan il-Knisja f’pajjiżna fil-mixja tagħha. Trid tkun Knisja li tisma’, Knisja li tilqa’, Knisja li takkumpanja u Knisja li toħroġ…