Il-wirja Bibles and Liturgical Books from Christian Churches in Malta: An Ecumenical Confluence fetħet nhar it-23 ta’ Jannar fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta u kienet parti mill-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda Fost l-Insara. L-Isqfijiet żaru l-wirja u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi kien wieħed mill-kelliema ewlenin.
Il‑wirja kienet tinkludi testi divini mill‑Knisja Kattolika Rumana, il‑Knisja Anglikana, il‑Knisja tal‑Iskozja, il‑Knisja Ortodossa Koptika, il‑Knisja Kattolika Griega, il‑Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli, il‑Knisja Luterana, il‑Knisja Ortodossa Rumena, il‑Knisja Ortodossa Russa u l‑Knisja Ortodossa Serba… Read more »