Restoration works on Ħal Balzan parish church inaugurated
20/09/2020Tlesta xogħol ta’ restawr tal‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan, xogħol li sar b’investiment ta’ ftit aktar minn €122,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall‑konferenza tal‑aħbarijiet kien hemm is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross.
Permezz ta’ dan il‑proġett li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħal Balzan, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑kappelluntal‑Kurċifiss, il‑ħitan tas‑sagristija minn barra, u l‑kampnar… Read more »