The fifth edition of the Bible in Maltese is launched
16/10/2020L‑Għaqda Biblika Maltija nediet il‑ħames edizzjoni tal‑Bibbja bil‑Malti riveduta skont l‑aħħar studji mill‑Biblisti Maltin. Il‑Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall‑formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Għaqda Biblika Maltija.
It‑tnedija tal‑Bibbja bil‑Malti ġiet ippreżentata lill‑Isqfijiet waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija fil‑Kurja tal‑Arċisqof il‑Furjana.
Fil‑messaġġ tiegħu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna qal li minkejja l‑messaġġ tal‑Bibbja ma jinbidilx, huwa essenzjali li minn żmien għal żmien jiġi aġġornat il‑lingwaġġ li bih tkun inkitbet sabiex nifhmu u nersqu aktar lejn il‑Kelma tal‑Mulej… Read more »