The Convent of St Augustine is transformed into a Community Interpretation Center
18/11/2021Ritratt: DOI – Kian Bugeja
Il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta se jinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità. Il-proġett ta’ restawr f’dan il-kunvent wasal fl-aħħar fażi tiegħu.
Il-proġett se jiswa total ta’ €2.3 miljun, li €1.5 miljun minnhom ġejjin mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi żar dawn ix-xogħlijiet u spjega li dan il-proġett qed jitmexxa mill-Fondazzjoni Soċjokulturali Ambjentali Agustinjana (FSKAA).
Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dawn il-fondi l-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin qed ikun ikkonservat permezz tar-restawr li qed isir… Read more »