12 residents completed successfully Caritas’ drug rehabilitation programme
25/06/2022 San Blas Therapeutical Centre, Ħaż-ŻebbuġIċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni ta’ 12-il resident li lestew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, organizzata minn Caritas Malta u li saret ilbieraħ filgħaxija fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ. It-tema taċ-ċerimonja ta’ din is-sena kienet: ‘Inħarsu ’l Quddiem’, b’referenza għall-pandemija imma wkoll għall-għanijiet li ta’ kuljum irridu naħdmu għalihom sabiex jagħtu sens lil ħajjitna.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li “waħda milll-affarijiet li tolqotni meta nisma’ l-esperjenzi tar-residenti hawnhekk hija kemm jitkellmu mill-qalb u kemm japprezzaw il-fatt li din il-mixja għallmithom mod ġdid kif jaħsbu u jħobbu”… Read more »