Let us pray to never harden our hearts against each other – The Archbishop
Mass on World Day of Migrants & Refugees
25/09/2022 The Chapel of Our Lady of Immaculate Conception, BaħrijaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-parabbola li għadna kemm smajna, Ġesù jgħidha lill-Fariżej, jgħidha lill-kapijiet, imma aħna nistgħu nifhmu li l-messaġġ tiegħu jgħodd għal kull wieħed u waħda minna.
Xi jrid jgħid Ġesù b’din il-parabbola li fiha jsemmi żewġ persuni; wieħed għandu isem li għal Ġesù kien għażiż ħafna għax jgħid li l-fqir kien jismu Lazzru (Lq 16:20). Issa aħna nafu li wieħed mill-ħbieb il-kbar ta’ Ġesù kien jismu Lazzru wkoll u nistgħu nifhmu li l-għażla li Ġesù jagħmel f’din l-istorja li jirrakkonta, lill-fqir jagħtih l-isem ta’ wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi… Read more »