Fl‑ewwel semestru tas‑sena akkademika li se tibda f’Ottubru li ġej, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali se joffri aktar minn 12‑il kors li se jiġu offruti b’modi differenti: personalment, hybrid u online. Il‑korsijiet huma:

  • Benedictine Spirituality Today: introduzzjoni dwar il‑ħajja, it‑tagħlim u l‑kitbiet ta’ San Benedittu ta’ Nocia. Dan il‑kors se jkun mifrux fuq disa’ ġimgħat.
  • Safeguarding Children and Vulnerable Adults: kors indirizzat għal kull min hu f’kuntatt ma’ tfal jew adulti vulnerabbli jew jamministra d‑dettalji tagħhom.
  • Introduction to Holy Communion: indirizzat għall‑ministri tat‑tqarbin jew għal dawk li jixtiequ jifhmu aktar il‑valur tal‑Ewkaristija. Il‑kors hu ta’ ħames sigħat u se jingħata online f’sessjonijiet irrekordjati.
  • Introduction to Holy Mass: indirizzat għall‑ministri tal‑liturġija jew għal dawk li jixtiequ jifhmu aktar ir‑rit, l‑istorja u l‑valur tal‑quddiesa. Il‑kors hu ta’ ħames sigħat u se jingħata online f’sessjonijiet irrekordjati.
  • Adoloscent and Youth Ministry: indirizzatgħall‑mexxejja taż‑żgħażagħli jixtiequformazzjoni ħolistika kif ukoll taħriġ fi preparazzjoni f’diversi programmi ta’ formazzjoni għaż‑żgħażagħ. Dan il‑kors se jkun mifrux fuq 16‑il sessjoni in‑person mifruxa fuq sentejn, u bil‑possibbiltà ta’ formazzjoni online.
  • Creating and Animating Prayer Spaces: indirzzat lill‑edukaturi, counsellors religjużi, chaplains u dawk li jixtiequ jgħinu lit‑tfal u ż‑żgħażagħ jikbru fit‑talb.Il‑kors se jkun mifrux fuq tliet ġimgħat.
  • The Richness of the Various Christian Traditions: kors qasir li jagħti tagħrif dwar Knejjes differenti sabiex il‑parteċipanti jifhmu aktar l‑istorja, it‑tradizzjonijiet u l‑membri tad‑diversi denominazzjonijiet.  Il‑kors se jkun mifrux fuq xahar.

Fit-tieni semestru se jkunu qed jiġu offruti dawn il-korsijiet: Award in Sports Ministry, Higher Education Award in Pastoral Care/Chapliancy is Schools, Award in Developing Environmental Responsability, Higher Education Award in Family Ministry, An Introduction to the Theology of the Holy Spirit, u Emotional Support in the Community.

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja. Għadd ta’ korsijiet huma akkreditati mill‑MFHEA.

Għal aktar tagħrif dwar il‑korsijiet li se jibdew fl‑ewwel u fit‑tieni semestru tista’ żżur pfi.edu.mt/course‑list jew tibgħat imejl fuq [email protected].