One word – Bishop Galea-Curmi
13/09/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq”. Dan hu dak li qalu l-ħbieb taċ-ċenturjun meta ġew ħdejn Ġesù, hu u riesaq lejn id-dar taċ-ċenturjun. Dan kien diġà bagħat qabel lil xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud li għamlu talba ħerqana lil Ġesù biex ifejjaq lil dan il-qaddej, li kien għażiż ħafna għaċ-ċenturjun. Tolqtok kif dawn il-Lhud kellhom stima lejn dan iċ-ċenturjun li ma kienx wieħed mill-poplu Lhudi imma, fi kliemhom stess, kien benefattur tagħhom – fil-fatt bnielhom is-sinagoga – u kienu jirrispettawh ħafna… Read more »














