A word that heals – Bishop Galea-Curmi
12/09/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Iżda int ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq” (Lq 6:8). Dan kien il-messaġġ li ċ-ċenturjun bagħat ma’ xi ħbieb tiegħu lil Ġesù. Ftit qabel, kien bagħat ukoll lil xi nies biex lil Ġesù jgħidulu li għandu l-qaddej, li qiegħed ħażin ħafna, u jitolbuh biex imur id-dar biex ifejqu. U Ġesù beda miexi lejn id-dar taċ-ċenturjun. Imma meta kien mhux wisq ’il bogħod, iċ-ċenturjun bagħat xi nies oħra biex jgħidulu: “toqgħodx tinqala’, għax ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi… iżda int ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq” (Lq 6:6.8)… Read more »














