Archbishop’s Homilies

Called to be the shepherd of your parish and to help every flame grow – The Archbishop

Mass on the third Sunday of Advent and the beginning of the pastoral work of Fr Andrew Schembri as parish priest of Ħal Għaxaq

  The Chapel of Christ the Redeemer, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġie bħala xhud biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen” (Ġw 1:6). Dan huwa l-mod kif l-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm qrajna – propju qegħdin fl-ewwel kapitlu – jiddikjara u jfisser il-missjoni ta’ Ġwanni li aħna nsemmuh bħala l-Għammied għax hu kien li għammed lill-Mulej Ġesù, jew inkella Ġwanni l-Battista għax propju għammed lill-Mulej.

“Ġie bħala xhud ibix jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen”… Read more »

Making an effort to live in peace and harmony – The Archbishop

Mass for the memorial of Our Lady of Loreto

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jispiċċa din is-silta mill-Evanġelju skont San Mattew kważi b’din l-isfida: “Min għandu widnejn ħa jisma’” (Mt 11:15). Xi jrid jgħid? Qed itarraf dwar l-identità tiegħu, dwar min hu, lin-nies ta’ żmienu li kienu qed jistennew li qabel jiġi l-Messija jerġa’ jidher il-profeta Elija.

Hu qed jgħidilhom li Ġwann il-Battista, fost ulied il-bnedmin, huwa l-ikbar wieħed “u jekk tridu temmnuni dan hu Elija li għandu jiġi” (Mt 11:14)… Read more »

Nothing to fear, the Lord’s mercy is immense! – The Archbishop

Mass on the Solemnity of the Immaculate Conception

  The Chapel of the Immaculate Conception, St Julian's

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ngħannu lill-Mulej għanja ġdida għax għamel l-għeġubijiet” (S 97:1). Fil-fatt aħna qegħdin nifirħu waqt li nfakkru t-tnissil ta’ Marija, dan l-att ta’ mħabba tal-ġenituri tagħha, Ġwakkin u Anna, li nissel din it-tarbija.

L-Evanġelju li għadna kemm smajna mhuwiex it-tnissil tal-Marija imma t-tnissil ta’ Ġesù bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Imma Marija — u dan huwa dak li qegħdin niċċelebraw — tnisslet fl-att tal-imħabba tal-ġenituri tagħha Anna u Ġwakkin… Read more »

The Archbishop asks: How are we preparing the way of the Lord?

Mass on the second Sunday of Advent and the installation of Fr Gordon Refalo as the new parish priest of Gżira parish

  The Chapel of St Anthony of Padua, Manoel Island

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena li bdejna propju l-Ħadd li għadda hija ddedikata lil-Evanġelju ta’ San Mark bħalma s-sena li għaddiet kienet iddedikata lil-Evanġelju ta’ San Mattew u s-sena 2021 u 2022 se tkun iddedikata lill-Evanġelju ta’ San Luqa.

Din is-sena hija ddedikata lill-iqsar Evanġelju u għalhekk, fil-Ħdud ta’ din is-sena se nisimgħu mhux biss siltiet mill-Evanġelju ta’ San Mark imma wkoll siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann… Read more »

The call for politicians to embrace love and hope in politics – The Archbishop on the 100th anniversary of the Labour Party

Mass on the 100th anniversary of the Labour Party

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Li nagħrfu li f’kull bniedem hemm ħuna jew oħtna u nfittxu ħbiberija soċjali li tinkudi lil kulħadd, dawn mhumiex sempliċiment utopija – ħolm, xi ħaġa impossibli li tagħmilha. Jesiġu imma minna deċiżjoni u l-ħila li nsibu t-toroq effikaċi, dawk li jwasslu tassew, li jiżguraw il-possibbiltà vera tagħhom” (Fratelli Tutti). Mhux biżżejjed toħlom, trid ssib il-mezzi biex il-ħolma tiegħek isseħħ… Read more »

The questions we should ask at the beginning of Advent – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Biex nifhmu l-għażla tal-Evanġelju fiż-żmien tal-Avvent, dan l-istaġun li qegħdin fih, irridu nħarsu u nisimgħu b’attenzjoni l-ewwel qari. F’ħafna mill-jiem tal-Avvent, l-ewwel qari hu meħud mill-ktieb sabiħ ħafna tal-profeta Iżaija. Illum, pereżempju, fil-bidu smajna profezija sabiħa ta’ Iżaija li hija wkoll mument sabiħ ta’ poeżija straordinarja fil-Bibbja.

Illum smajna l-profezija tal-għerq ta’ Ġesse u wkoll id-doni tal-ispirtu: “Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej” (Iż 11:2-3)… Read more »

“Waiting for the Lord with joy” – The Archbishop

Mass on the First Sunday of Advent

  Chapel of Wied Għammieq cemetery, Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qabel xandar l-Evanġelju,  il-Kappillan Fr Brian, xegħel l-ewwel xemgħa minn dawn l-erbgħa xemgħat imbagħad waħda fin-nofs, li b’xi mod fuq l-artal iffissru l-mixja l bdejna llum, il-mixja tal-Avvent.

Iżjed ma nersqu lejn il-Milied, iżjed ikollna dawl. Dan huwa is-sinifikat ta’ dak li qegħdin nagħmlu fid-djar tagħna bħalissa meta nżejnu għall-Milied u nixegħlu d-dwal bit-tama li s-settijiet li xtrajna s-sena li għaddiet jixegħlu, biex inżejnu… Read more »

“Worthless are my prayers and sighing, yet, good Lord, in grace complying, rescue me from fires undying”

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju jqabbel żewġ mumenti drammatiċi ħafna: il-qerda ta’ Ġerusalemm li Ġesù jħabbar u li seħħet fis-sena 70 taħt l-imperatur Titu. Fil-fatt, fl-ark trijonfali ta’ Titu qrib il-Kolossew ġewwa Ruma, hemm imfakkra propju l-qerda ta’ Ġerusalemm u hemm din l-iskultura impressjonanti ta’ żewġ suldati jġorru l-menorah ta’ fidda mastizz li kien hemm fit-tempju ta’ Ġerusalemm. Ġesù jħabbar il-qerda ta’ Ġerusalemm imma wkoll iħabbar tmiem id-dinja… Read more »

“The Church in Malta is grateful to Oliver” – The Archbishop

Mass for the state-organised funeral of Prof. Oliver Friggieri

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma jħenn il-Missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu għax hu jaf kif aħna magħġuna, jiftakar li aħna trab”. Is-salmi huma ġabra ta’ poeżiji li fl-osservazzjoni li għamel il-Papa Girgor il-Kbir, bihom Alla nqeda biex jagħtina għodda ħalli nkunu nistgħu nfaħħruh, nitolbuh, ingergru miegħu, u nitolbuh l-għajnuna.

Oliver xorob qatigħ minn l-għajn safja tal-Kelma ta’ Alla li parti kbira minnha hija letteratura straordinarja… Read more »

Cherish every moment with those you love – The Archbishop

Mass for the memorial of St Andrew Dûng Lạc and companions and mass on the 8th anniversary of Archbishop Scicluna's episcopal ordination

  Church of the Annunciation of Our Lady, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din l-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika, l-Evanġelji jressqulna quddiem għajnejna l-kliem ta’ Ġesù dwar l-aħħar żminijiet. Il-lista li biha jintemm l-Evanġelju tal-lum (Lq 21:5-11) donnha qed nisimgħu l-aħbarijiet: ġnus kontra ġnus, pajjiż kontra pajjiż, ġuħ, taqlib tal-art, u mard li jittieħed. Aħna qegħdin ngħixu fi żmien ta’ din il-pandemija fejn il-mard jittieħed. B’xi mod, għal Ġesù, dan kollu mhuwiex it-tmiem imma jfakkarna fit-tmiem… Read more »