The voice of a friend is the voice of Jesus – The Archbishop
10/12/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Tajjeb nieqfu ftit fuq l-aħħar frażi li jgħid Ġesù llum: “L-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess” (Mt 11:19). Ħafna drabi Ġesù jinsisti: “jekk ma temmnux dak li ngħidilkom, araw dak li nagħmel”. Kieku jkollna ngħidu hekk, aħna! Lil min jgħidilna: “u inti tparla fil-vojt!”. Araw dak li nagħmel u tifhem dak li ngħid.
Ħaġa sabiħa dik li l-kliem tagħna jaqbel mal-ħajja tagħna għax dan li qed jgħid Ġesù: inti tara l-opri ta’ jdejn Alla u tifhem min hu, kemm iħobbna, kemm hu għaref, kemm hu kbir… Read more »














