Crisis of faith and humanity? – The Archbishop
Speech for the 2021 in-service course for the clergy
14/06/2021Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna
L-ewwel nett insellem lil kull min qed jieħu sehem u nirringrazzja ħafna u mill-qalb lil kull min ipprepara u ħa sehem bil-preżentazzjonijiet li kellna dalgħodu. Għandna ħafna materjal x’nomogħdu; jiġifieri diffiċli ħafna toħloq reazzjoni meta inti f’dawn id-90 minuta kont ibbumbardjat b’tant informazzjoni, b’tant osservazzjonijiet, b’tant riflessjonijiet; inklużi anke r-riflessjonijiet profondi li ta Ranier Fsadni.
Nirringrazzja ħafna lill-Fakultà tat-Teoloġiija li ffaċilitat din ir-riċerka li għandha l-validità tagħha, imma nifhmu wkoll, li hemm persentaġġ għoli tal-popolazzjoni tagħna li ma jirrispondux sondaġġi online, jiġifieri rridu nagħmlu wkoll riċerka qabel nieħdu konklużjonijiet apodeittiċi (stabbiliti b’mod ċar) jew dommatiċi li dawk l-elf persuna jew iżjed li rrispondew huma ta’ ċertu indikazzjoni, imma hemm ukoll perċentwal ta’ nies li jkunu fuq Facebook, imma mhux bilfors jirrispondu sondaġġi online… Read more »