Archbishop’s Homilies

A vocation full of suffering that leads her to be charitable – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Żewġ nisa jiltaqgħu u mhumiex weħidhom għax fil-ġuf tagħhom qed iġorru lil uliedhom. Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta hi l-laqgħa ta’ erba’ persuni: iż-żewġ ommijiet u wliedhom fil-ġuf. Tant hu hekk li Eliżabetta tistqarr li malli semgħet il-vuċi ta’ Marija, it-tarbija li kellha fil-ġuf qabżet bil-ferħ (Lq 1:45). Tarbija fil-ġuf diġà għalqet sitt xhur, mentri t-tarbija li l-Madonna qiegħda ġġorr fil-ġuf tagħha, l-Iben t’Alla magħmul bniedem, għadu kif tnissel għax il-Madonna tiġi mbuttata mill-imħabba lejn il-proxxmu, propju kif tisma’ lill-anġlu Gabrijel jgħidilha: “Il-qariba tiegħek Eliżabetta diġa qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lq 1:36)… Read more »

Let’s celebrate the reality that God is with us – The Archbishop

Mass on the feast of the Ascension of the Lord

  The Old Church of Our Saviour, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna l-bnedmin nassoċjaw it-tluq ta’ xi ħadd għażiż ma’ mument ta’ niket. Niftakarni ċkejken immorru l-ajruport kull darba li kienu jiġu l-qraba tagħna msefrin biex narawhom sejrin. Fi tfuliti kont tista’ titla’ fil-gallerija biex tarahom anke telgħin l-ajruplan u kien ikun mument ta’ qsim il-qalb. Daqskemm kien ikun kbir il-ferħ li tilqa’ lil xi ħadd li ilek ma tarah, daqshekk kien ikun ta’ swied il-qalb u ta’ tbatija l-mument li terġa’ tinfired minn xi ħadd għażiż… Read more »

Welcoming each other as Jesus welcomed us – The Archbishop

Homily during mass commemorating the canonization of Saint Charles de Foucauld

  St. John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom xhud ta’ dan” (Lq 24:48). Il-Mulej, hu u jibgħat lid-dixxipli għeżież tiegħu fid-dinja, jagħtihom il-missjoni li jkunu xhieda. Illum qegħdin niċċelebraw Tlugħ is-Sema tal-Mulej imma r-rakkont li qrajna mill-Evanġelju ta’ San Luqa, mhuwiex rakkont ta’ qsim il-qalb ta’ min qed jinfired darba għal dejjem minn xi ħadd maħbub. Innutajna, li huma u jersqu lejn Ġerusalemm, huma mimlijin ferħ kbir… Read more »

Using our wealth to continue the Lord’s mission – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Charity

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel instint ta’ Marija wara t-tħabbira tal-anġlu, fir-rakkont li jagħtina Luqa, hu “li qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta. L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’dan il-mument, b’din id-deċiżjoni ta’ Marija. Nafu u niftakru li l-anġlu Gabrijel lil Marija taha sinjal; li dak li kien qed jgħidilha, u dak li kienet wegħedha, mhux biss kien iseħħ imma kien ser iseħħ bil-qawwa ta’ Alla… Read more »

Having Jesus as a friend sets you free – The Archbishop

  The Archbishop's Seminary Church, Tal-Virtù, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù donnu għandu ħerqa kbira biex ma jibqax magħna u din hi xi ħaġa stramba għax aħna tant inħobbuh u hu tant iħobbna, li nixtiequ li jkun dejjem magħna u aħna nkunu miegħu.

Ir-risposta hi li Ġesù, għalkemm ma narawhx bħalma naraw lil xulxin, xorta għadu magħna u fil-fatt jibagħtilna lill-Ispirtu s-Santu li hu jsejjaħlu d-‘difensur’ propju biex jibqa’ magħna… Read more »

Priesthood is to join the offering of Jesus – The Archbishop

Holy mass with the new priests

  The Sanctuary of Our Lady of Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ħin minnhom jgħid frażi li hemm bżonn nifhmuha u nixtarruha. “Il-Prinċep tad-dinja ġej. Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier u li nagħmel kif ordnali l-Missier” (Ġw 14:30-31). Xi jrid jgħid Ġesù? Ġesù konxju li waslet is-siegħa tiegħu. Kien ħabbarha għal darba, darbtejn, tlieta “li se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar, u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani, biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh” (Mt 20:18-19)… Read more »

Welcome your children the way they are welcomed by God, who created them – The Archbishop

Mass on the fifth Sunday of Easter

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jirrealizza li t-tmiem tassew wasal. Ġuda se jkompli bil-pjan tiegħu li jittradih, ibigħu għal 30 biċċa tal-fidda u dak li [Ġesù] kien irrepeta għal darba, darbtejn, tlieta lid-dixxipli fl-aħħar se jseħħ. “Bin il-Bniedem jiġi mogħti f’idejn il-kapijiet, iżebilħuh, isalbuh, wara tlett ijiem iqum” (Mk 8:31).

Hu jitkellem dwar dan il-proċess ta’ glorja b’kategorija li għalina hi ħafna stramba għax il-glorja għalina hi show of force, il-qawwa, il-poter, il-prestiġju… Read more »

“Do not lose your inner peace” – The Archbishop’s advice to the three new priests

The presbyteral ordination of Fr Sean Abela, Fr Jean Claude Attard and Fr Robert Calleja OFM Conv.

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Għeżież djakni li l-Mulej qed jagħżilkom għall-Ordni tal-Presbiterat, il-mistoqsija li jagħmlilkom Ġesù llum kif jagħmel lil kull wieħed u waħda minna hija l-istess mistoqsija li għamel lil Pietru fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Tiberijade: “Tħobbni, inti?” (Ġw 21:17).

Mill-frażi ta’ Ġesù “Jekk xi ħadd iħobbni” nifhmu li r-relazzjoni tagħna miegħu trid tkun relazzjoni ta’ mħabba… Read more »

Let’s be a laboratory of social harmony – The Archbishop

Homily during mass to mark the centenary celebrations of the Parish Church of Our Lady of Mount Carmel, Gżira

  The Parish Church of Our Lady of Mount Carmel, Gżira

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna jagħmel kumment; dak li se nisimgħu ġara kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu. Wieħed jistaqsi għaliex jimpurtani dan id-dettall li jagħtina San Ġwann fil-kapitlu 13? Ġesù jifhem li sieħbu li ttradih u li kien biegħu għal 30 biċċa tal-fidda, se jkompli bil-pjan tiegħu. 

Ġesù jifhem ukoll li issa tassew waslet is-siegħa tiegħu. Kemm-il darba fl-Evanġelju ta’ San Ġwann jgħid: is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx… Read more »

Jesus is the first apostle, the Father’s messenger to show us the heart of God – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù għal diversi drabi f’din is-silta tal-Evanġelju, mill-kapitlu 13 ta’ San Ġwann, juża l-kelma ‘nibgħat’, ‘mibgħut’; minn fejn ġejja l-kelma ‘appostlu’. Hu qed jibgħatna f’ismu. Imma qabelxejn qed ifakkarna li hu wkoll il-mibgħut. “Min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħtni” (Ġw 13:20). L-ewwel appostlu hu Ġesù stess – hu l-mibgħut tal-Missier biex jurina l-qalb ta’ Alla li hu missier, missier ta’ kull ħniena… Read more »