Archbishop’s Homilies

It is wrong to have personal agendas in the Church that are far from the agenda of Jesus

Mass on the beginning of the Scholastic Year

  The Parish Church of St Publius, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jikkonfronta l-ambjent addottiv tiegħu, Korażajn, Betsajda, bir-responsabbiltà li għandu. Nistgħu nieħdu wkoll il-Kelma tiegħu bħala stedina għal kull wieħed u kull waħda minna. Il-providenza taċ-ċirkustanzi fil-ħajja, li kull wieħed u kull waħda minna tatna missjoni fil-Knisja. Kulħadd hu importanti, kulħadd għandu rwol essenzjali biex il-komunità ta’ dawk li jemmnu f’Ġesù, li huma wkoll konxji bid-dgħufija u d-dnubiet tagħhom, ilkoll kemm aħna nkunu xhieda tal-imħabba li rċevejna, li nkunu xhieda tal-imħabba ta’ Ġesù fid-dinja… Read more »

For God there’s nothing that can’t come to be – Archbishop

  The Church of the Blessed Cross, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-post għażiż għad-devozzjoni lejn l-Arkanġli u San Mikiel illum nitolbu l-ħarsien tal-arkanġli u tal-anġli. Aħna dalwaqt ukoll nagħmlu festa kbira għall-anġli kustodji kollha fit-2 ta’ Ottubru imma dawn il-jiem jibdew billi nfakkru tliet anġli li fl-Iskrittura jissemmew b’isimhom, jingħataw it-titlu ta’ arkanġli għax jingħataw missjoni importanti, u wkoll jgħallmuna bl-isem magħżul għalihom xi tfisser l-interċessjoni tal-anġli.

L-Arkanġlu San Mikiel ismu jfisser: min hu bħal Alla? … Read more »

Let us pray to never harden our hearts against each other – The Archbishop

Mass on World Day of Migrants & Refugees

  The Chapel of Our Lady of Immaculate Conception, Baħrija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-parabbola li għadna kemm smajna, Ġesù jgħidha lill-Fariżej, jgħidha lill-kapijiet, imma aħna nistgħu nifhmu li l-messaġġ tiegħu jgħodd għal kull wieħed u waħda minna.

Xi jrid jgħid Ġesù b’din il-parabbola li fiha jsemmi żewġ persuni; wieħed għandu isem li għal Ġesù kien għażiż ħafna għax jgħid li l-fqir kien jismu Lazzru (Lq 16:20). Issa aħna nafu li wieħed mill-ħbieb il-kbar ta’ Ġesù kien jismu Lazzru wkoll u nistgħu nifhmu li l-għażla li Ġesù jagħmel f’din l-istorja li jirrakkonta, lill-fqir jagħtih l-isem ta’ wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi… Read more »

The soul that wants to see Jesus is learning to speak the language of love – Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke Erodi t-Tetrarka, titnissel fil-qalb tiegħu kurżità biex jara lil Ġesù (ara Lq 9:9). U għaliex? Għaliex kien sema’ dwar il-fejqan li kien qed jagħmel l-Imgħallem li kien qiegħed ukoll iwassal lill-poplu ta’ Alla f’isem il-Mulej.

Fl-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu kemm-il darba riferiment għall-qawwa li kienet toħroġ minn Ġesù, għall-fatt li kien jitkellem bħal bniedem li għandu l-awtorità, għall-qawwa li kellu fuq ix-xjaten, fuq il-mard, fuq l-elementi tan-natura… Read more »

Humility, solidarity and protection – The Archbishop on Independence Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

On Independence Day 2022, allow me to share three thoughts inspired by the Word of God that we read today (Luke 14:1,7-14). In the Gospel of St Luke, Jesus recommends that people should not seek to be guests of honour at the table, but rather to occupy the more modest places; it should be left to the host to grant them social recognition and elevate their status… Read more »

We pray to God to be like his mother, who heard the Word and followed it – Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kliem li jinstema’ pjuttost iebes għalina għax donnu Ġesu mhux qed jagħti ċans lil ommu biex tarah u anke lill-familjari tiegħu lil ħutu biex jarawh. Imma hu b’dan il-kliem jagħżel il-familja l-ġdida tiegħu li huma dawk li jisimgħu l-kelma u jagħmluha (Lq 8:21). 

Aħna min jaf kemm nisimgħu l-kelma imma mhux dejjem nagħmluha. Imdawlin minn dan l-Evanġelju ejjew nitolbu lill-Mulej biex inkunu bħall-mamà tiegħu li semgħet il-kelma u għamlitha… Read more »

Truth and beauty cannot be bought with money – The Archbishop

Mass on the 25th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Mary, Bir Miftuħ, Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jpoġġilna għażla diffiċli llum quddiemna: il-flus jew hu. Diffiċli ħafna anke għax aħna nifhmu li l-flus għandna bżonnhom. Imma li taħli ħajtek – ħa nuża din il-frażi ‘taħli ħajtek’ – li tiġri wara l-flus, mingħajr ma tgawdiha, hi bluha kbira. Għax donnu taħseb li l-ħajja mhu se tispiċċa qatt, ma jasal qatt il-mument meta trid tagħti kont tal-amministrazzjoni tiegħek… Read more »

The Archbishop about Queen Elizabeth II: a beautiful example of how to be a leader without fanfare

Mass De Requiem for Queen Elizabeth II

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd irid jaqdini, għandu jimxi warajja” (Ġw 12:26). Aħna u nirringrazzjaw lill-Mulej għax-xhieda sabiħa tar-Reġina Eliżabetta II u noffru din il-quddiesa b’suffraġju għal ruħha, irridu nsellmu wkoll dixxiplu fidil tal-Mulej.

Meta fl-1953 għamlet messaġġ fl-okkażjoni tal-inkurunazzjoni tagħha, hi talbet lis-sudditi tagħha u liċ-ċittadini kollha tal-Commonwealth dan il-pjaċir: “I want to ask you all, whatever your religion may be, to pray for me on that day—to pray that God may give me wisdom and strength to carry out the solemn promises I shall be making, and that I may faithfully serve Him and you, all the days of my life… Read more »

The power of the sign of the cross – The Archbishop

Mass on the feast of the Exaltation of the Holy Cross

  The Church of St Mary of Jesus, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa Ġesù stess li jqabbel lilu nnifsu mas-serp tal-bronż, li Mosè refa’ fid-deżert biex ikun sinjal ta’ fejqan għall-poplu kollu. “Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem” (Ġw 3:14). Illum, fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, naqraw dan l-Evanġelju. Il-kelma ‘eżaltazzjoni’ tfisser ‘irfigħ’, jiġifieri li tintrefa’ ’l fuq. Nużawha wkoll għall-glorja ta’ xi ħadd. Ġesù jgħaqqad l-glorja tiegħu, l-eżaltazzjoni tiegħu, proprju mat-tislib tiegħu fuq l-Għuda… Read more »

The joy of God’s mercy is when he can embrace us again – The Archbishop

Mass on the 24th Sunday in Ordinary Time

  The Shrine of Our Lady 'tal-Ħerba', Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi grazzja kbira li nisimgħu dawn it-tliet parabboli li Ġesù jagħżel biex jispjega lill-Fariżej xi tfisser il-ħniena ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna. “Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: ‘Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom’” (Lq 15:1-2).

F’dan il-kuntest Ġesù jipprova jispjega lil dawn il-kittieba u l-Fariżej għaliex hu għażel li jilqa’ għandu lill-midinba, għaliex għażel li jiekol magħhom… Read more »