Archbishop’s Homilies

If you are devoted to the Virgin Mary, try to imitate one of her virtues – Archbishop

  Sacro Cuore Parish Church, Tas-Sliema

Ejjew nirriflettu ftit fuq dan il-ġest li qiegħda tagħmel din il-parroċċa llum. L-għotja tal-warda tad-deheb hija tradizzjoni antika ħafna ta’ dehniet Insara u kienet omaġġ, sinjal ta’ qima. L-għotja tal-warda tad-deheb lill-Madonna tagħżilha bħala Sultana ta’ qalbna, u fl-istess ħin tfisser impenn.

Sidtna Marija, kif issaltan? Issaltan fil-qadi. Għax dan tgħallmet fl-iskola tal-Kelma ta’ Alla; dan għamel fiha l-Ispirtu s-Santu, meta minn ġuf ommha, sa mit-tnissil, ħarisha minn kull tebgħa tad-dnub… Read more »

If we have a stone in our shoe, let us get rid of it – Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna u li huwa mill-aħħar kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark, aħna l-Maltin inqisuh bħala Evanġelju għażiż. Naqrawh fil-festa tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Naqrawh ukoll proprju fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, li biex nikkwotaw lil San Ġwanni Pawlu II, huwa meqjus bħala t-tieni Missier tagħna fil-fidi. 

Imma għaliex intgħażel dan l-Evanġelju għal din il-festa? … Read more »

Focus your life, soul and heart on Jesus – The Archbishop

Mass on the fifth Sunday of Easter

  The Parish Church of Our Lady of Mt Carmel, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tajjeb li niftakru li dan il-kliem Ġesù qalu fil-mument għażiż; aħna nafuh bħala l-mument tal-aħħar ċena propju f’Ħamis ix-Xirka. Qiegħed mad-dixxipli tiegħu. Qegħdin jieklu l-aħħar ikla qabel jingħata f’idejn l-għedewwa tiegħu biex jagħmlu bih li jridu.

Imma d-djalogu mqanqal, sabiħ tal-Mulej Ġesù ma’ sħabu hu wkoll okkażjoni fejn nifhmu eżattament xi jrid jgħidilna Ġesù fuq l-affarijiet l-iżjed għeżież… Read more »

We ask the Lord to be graced with shepherds who follow His heart – The Archbishop on Vocations Day

Mass on Vocations' Day

  The Vocations' Centre Chapel, Tal-Virtu

Ta’ kull sena fir-raba’ Ħadd tal-Għid nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù li tuża din l-espressjoni qawwija ħafna u li permezz tagħha Ġesù jipprezenta ruħu bħala l-bieb u r-ragħaj.

Din is-sena fl-ewwel silta mill-kapitlu 10 ta’ San Ġwann, li hu l-kapitlu fejn Ġesù jispjega din ix-xbieha sabiħa tar-ragħaj it-tajjeb, l-enfasi hi pjuttost fuq il-bieb: il-bieb tal-maqjel, il-bieb ta’ dak l-ispazju fejn in-nagħaġ huma siguri u kkurati, lil hemm mill-periklu imma hu wkoll l-ispazju minn fejn għandhom bżonn joħorġu biex jirgħu u jmantnu lilhom infushom bl-għajnuna tar-ragħaj… Read more »

I pray to St Publius that our leaders will be leaders who defend the dignity of all humans, no matter who they are – The Archbishop

Mass on the feast of St Publius

  The Parish Church of St Publius, Floriana

“Jiddi d-dawl tiegħek fid-dlam. Id-dlam tiegħek ikun bħal nofsinhar. Il-Mulej imexxik dejjem”. Dan il-kliem tal-profeta Iżaija li smajna fl-ewwel qari hu indirizzat ukoll illum lill-qaddis San Publiju. Ismu kien wieħed mill-iżjed ismijiet popolari fid-dinja Rumana. L-istudjużi jgħidulna li l-isem Publius kien x’aktarx il-ħames isem popolari fl-Imperu Ruman u l-għerq tiegħu kien propju riferiment għall-poplu. Mill-istess għerq ta’ Publiju għandna l-poplu stess, repubblika – dawn kollha ġejjin mill-istess għerq li jagħtina l-isem ukoll, il-prenome kif kienu jgħidulu l-Latini: publiusRead more »

Give yourselves to people but find time for yourself too – The Archbishop to the new deacons

Mass celebrating the ordination to the diaconate

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15:15). Int u tisma’ din il-Kelma proprju bħal-lum fid-djakonat, tgħid imma Ġesù jaf eżattament x’inhu jgħid. Meta aħna għadna kemm ikkonfermajna l-għażla tal-Knisja, biex lil dawn iż-żewġt irġiel żgħażagħ insejħulhom qaddejja, djakni – diákonoi.

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja” (Ġw 15:15); imma ma jsejħilhomx qaddejja għax ma jridhomx qaddejja li ma jafux x’jagħmel sidhom… Read more »

Let’s seek confession and the eucharist that Jesus established for us to meet him in – The Archbishop

Mass on the second Sunday of Easter

  The Church of Divine Mercy, Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, smajna r-rakkont ta’ żewġ laqgħat ta’ Ġesù wara l-irxoxt tiegħu. L-ewwel laqgħa hi propju dakinhar tal-irxoxt tiegħu. Fil-fatt l-Evanġelju ta’ San Ġwann jgħidilna: “Dakinhar fil-għaxija fl-ewwel jum tal-ġimgħa” (Ġw 20:19). F’din l-ewwel laqgħa tiegħu wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet, il-Mulej jagħti lid-dixxipli tiegħu dak li hu forsi l-frott l-iżjed bnin u qawwi tal-irxoxt tiegħu, tal-qawmien tiegħu mill-mewt, it-tislima tiegħu: “Il-paċi magħkom” (Ġw 20:19)… Read more »

He shows me his wounds and I believe it is Him – Archbishop

  Saint Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm smajna, titkellem dwar laqgħa ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu f’żewġt ijiem partikolari. L-Evanġelju jibda bir-riferiment għal dakinhar tal-Irxoxt ta’ Ġesù: “Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa” (Ġw 20:19); imbagħad it-tieni laqgħa ta’ Ġesù ssir “Tmint ijiem wara” (Ġw 20:26). Huwa sinjal għalina li nixtieq li napprezzaw ħafna, waqt li  napprezzaw ukoll il-laqgħat tagħna li jiċċelebraw il-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, proprju mis-Sibt filgħaxija sal-Ħadd filgħaxija… Read more »