Archbishop’s Homilies

The Holy Spirit is the spirit of God who is love – The Archbishop at Pentecost

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Għeżież żgħażagħ intom u tirċievu dan is-sagrament għażiż, aħna nitolbu ħafna għalikom biex id-don tal-Ispirtu s-Santu li se tirċievu bit-tqegħid tal-idejn, bid-dilka biż-żejt tal-griżma, bit-talba tal-Knisja jkun għalikom sinjal sabiħ ta’ kemm Alla jħobbkom. L-Ispirtu s-Santu hu l-ispirtu ta’ Alla li hu mħabba.

Ejjew nifhmuha din. Fejn hemm l-ispirtu ta’ Alla se jkun hemm dejjem l-imħabba. Allura meta nħarsu madwarna u fina nfusna u naraw dak kollu li mhuwiex imħabba, nistaqsu lilna nfusna: Imma dan ġej minn Alla jew le? … Read more »

A place that must be a sign of God’s presence among us – The Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin nikkonsagraw dan il-post ta’ kult, ta’ qima, aħna u nibdew il-festa solenni ta’ Pentekoste, ta’ Għid il-Ħamsin. Ejjew nirringrazzjaw lill-Mulej tad-don tal-Ispirtu s-Santu li l-Mulej isejjaħlu ‘għajn’, “xmajjar ta’ ilma ħaj” (Ġw 7:38).

Fil-bidu ta’ dan ir-rit raxxaxna l-ilma mbierek fuq dan il-post, fuqna. Din il-ħaġa tfakkarna li dak li qegħdin nikkonsagraw illum hu sinjal ukoll tal-għaqda ta’ bejnietna… Read more »

The Holy Spirit leads you to harmony, to unity – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif indunajtu f’dawn il-jiem qegħdin naqraw siltiet mid-diskors ta’ Ġesù fl-aħħar ċena li nsibu fl-Evanġelju skont San Ġwann. Illum għandna dan il-kliem u din is-silta mill-kapitlu 17. Innutaw li f’din is-silta, għax f’siltiet oħra jissemma b’ismu, l-Ispirtu s-Santu ma jissemiex b’ismu imma nixtieq li nagħrfu l-ismijiet differenti tal-Ispirtu s-Santu f’din is-silta.

Ħin minnhom Ġesù jitkellem dwar il-glorja; il-glorja hi isem ieħor tal-Ispirtu s-Santu… Read more »

For Jesus the worst sin is not accepting him as your saviour – The Archbishop

Mass with the new priests

  The Shrine of Our Lady of Mellieħa, Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi staqsejt lili nnifsi: imma dawn it-tliet kelmiet ta’ Ġesù dwar l-iżball tad-dinja, xi jfissru eżattament? Għax il-Mulej jgħid li meta jiġi l-Ispirtu s-Santu, meta jingħata l-Ispirtu s-Santu jipperswadina dwar l-ideat żbaljati li għandha d-dinja dwar tliet affarijiet. U rrid nammetti li ħafna drabi ninduna li anke jien naqa’ f’dan l-iżball għax qiegħed fid-dinja u kultant nittieħed mill-ispirtu tad-dinja… Read more »

Actions speak louder than words – Archbishop

  Il-Knisja ta’ San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, li tfakkarna f’parti mid-diskors ta’ Ġesù fl-Aħħar Ċena, tkompli wkoll fuq dak li smajna lbieraħ fil-Quddiesa tal-Ħadd, meta Ġesù jitkellem fuq il-fatt li se jibgħatilna ‘Konsulatur’ – ‘id-Difensur’. “Meta jiġi d-Difensur, li se nibgħatilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija” (Ġw 15:26). Il-kelma bil-Grieg, xhieda, li tixhed, li tkun xhud, hija ‘Marturia’; minn fejn aħna ssellifna l-kelma ‘Martri’… Read more »

Understand what it means to love, then you will understand Jesus – The Archbishop

Mass on the sixth Sunday of Easter and Mother's Day

  The Parish Church of Our Lady of Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarijiet sbieħ li jgħallimna l-Evanġelju hi li biex titkellem fuq Alla trid taħseb f’kelma waħda importanti u dik hi l-imħabba; mhux il-biża’, mhux il-kefrija, il-ġudizzju jew il-kundanna, imma l-imħabba.

Il-Mulej ma jitlobx minna la l-biża’, la l-ubbidjenza għamja, ma jitlobx minna s-sottomissjoni ta’ skjav, jitlob minna l-imħabba. U l-imħabba tagħna tkun risposta għall-imħabba li rċevejna: “Jekk tħobbuni ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15)… Read more »

God loves for free – Archbishop

  The Sanctuary of the Mother of Miracles, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż inġbarna biex nagħtu qima lill-Madonna f’dan is-Santwarju tal-Madonna tal-Mirakli u nfakkru kemm il-Madonna tieħu ħsiebna. It-tradizzjoni antika, li hija wkoll dokumentata fil-parroċċa tagħna tgħid li minn dak l-inkwadru ħareġ għaraq u kien mument ta’ inkwiet. L-Isqof ta’ dak il-post u anke l-awtoritajiet ħassew li dak li ġara kien ukoll sinjal tal-viċinanza tal-Madonna mal-poplu tagħna. Din is-sena qegħdin infakkru l-festa fit-13 ta’ Mejju, li hija wkoll l-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Fatima, lejliet Jum l-Omm… Read more »

Keep Jesus central to your actions – The Archbishop to the new priests

Mass with the ordination of three new priests

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Aħna nħobbu għax hu ħabbna l-ewwel” (1Ġw 4:19). Din il-frażi mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann appostlu hi programm għal kull Nisrani imma b’mod speċjali għalina s-saċerdoti. Aħna nħobbu. Il-missjoni tagħna hi li nkunu mħabba. Imma din il-missjoni ġejja mill-persważjoni, mill-konsapelovezza, mill-għarfien, mill-fidi li hu Alla l-imbierek ħabbna l-ewwel.

Ħabbna l-ewwel fil-misteru tal-ħolqien tagħna. Ħabbna l-ewwel fil-misteru tal-fidwa tagħna, f’Ibnu Ġesù… Read more »

The need to keep alive the spiritual and religious dimension of our cultural legacy – The Archbishop

Opening Address for the European Cathedrals Malta Conference on 'The Equilibrium between Conservation and Spirituality'

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Your Eminence Cardinal Parolin, Secretary of State of the Holy See
Your Excellency, Archbishop Hon Tai-Fai, Apostolic Nuncio to Malta
Hon. Bonnici, Minister for the National Heritage, the Arts, and Local Government
President of the Opera della Primaziale Pisana
President, Council members and staff of the St John’s Co-Cathedral Foundation
Your Excellence Mr Zammit, Malta’s Ambassador to the Holy See
Guest speakers
Ladies and Gentlemen

In today’s world, our cultural heritage and its aesthetic beauty and spirituality are facing the challenges of degradation, temporality and contingency… Read more »