Archbishop’s Homilies

Let us meditate on the love of God – The Archbishop on the Feast of the Transfiguration at Lija Church

  Parish Church of Our Saviour, Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mill-għolja tat-Tabor b’kull dija mimlija
lit-Trinità Mqaddsa kull ġieħ u foħrija.

Il-Knisja, hi u tifraħ f’din il-festa solenni li dis-sena taħbat jum il-Ħadd u għalhekk tiġi ċċelebrata b’solennità fil-knejjes kollha tad-dinja Kattolika, din il-festa li tgħaqqadna wkoll ma’ ħutna l-Ortodossi li jiċċelebrawha wkoll f’dan il-jum qaddis, tissejjaħ fit-tradizzjoni orjentali l-Epifanija  tas-sajf. L-Epifanija niċċelebrawha, almenu fil-kalendarju l-antik, fis-6 ta’ Jannar… Read more »

A disciple of the kingdom of heaven – The Archbishop about Bishop Paul Darmanin

Mass for the repose of the soul of Bishop emeritus Paul Darmanin and his sister

  The Sanctuary of Our Lady of Divine Graces, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet jixbah lil wieħed sid, li mill-ħażna tiegħu joħroġ sew il-ġdid sew il-qadim”. Aħna u nsellmu b’tislima Nisranija mimlija fidi u tama, aħna u  nagħmlu dan l-att ta’ mħabba niftakru fl-Isqof Pawlu bħala dak id-dixxiplu, il-kittieb għaref, għalliem li sar tassew dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet.

Bil-vokazzjoni tiegħu Franġiskana Kappuċċina baqa’ iben omm Ġesù u meta l-Mulej sejjaħlu biex ikun isqof suċessur tal-appostlu, għażel bħala motto l-kliem: ‘immexxija mill-omm ta’ Ġesù, minn Marija… Read more »

Lord, help me to carry my cross – The Archbishop during mass at Dar Bjorn

Dar Bjorn

  Ħaż-Żebbuġ

L-aħwa, il-Mulej Ġesù jaf ifejjaq lir-ruħ u lill-ġisem. Aħna, l-ewwel nett, nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li qed jagħmel permezz ta’ Bjorn u Marija, u din il-fondazzjoni, biex il-ħajja ta’ kull wieħed u kull waħda minna tkun aħjar. Nirringrazzjaw lil Alla wkoll tal-helpers. I would like to say thank you to all our helpers. It is you who are part of the beautiful experience of this hold… Read more »

“Give your life and soul to those who wish you well” – The Archbishop

Mass on the 16th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jfissrilna l-parabboli li jagħti hu stess u jkompli jkellimna wkoll b’riferiment għad-dinja tal-agrikoltura. Jerġa’ jsemmi bħalma smajna l-Ħadd li għadda wkoll, iż-żerriegħa.

Waħda mill-affarijiet li forsi tolqotna llum hija d-distinzjoni bejn iż-żerriegħa t-tajba u ż-żerriegħa l-ħażina; il-qamħ u s-sikrana, imma wkoll iċ-ċokon taż-żerriegħa tal-mustarda. Il-Mulej jagħtina żewġ parabboli li jfissru li s-saltna t’Alla tibda fiċ-ċokon, fl-umiltà u fil-modestja… Read more »

We pray for married couples to find rest for their souls in their love – The Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din hi silta qasira ħafna tal-Mulej Ġesù li jistedinna nersqu lejh: “Ejjew għandi” (Mt 11:28), waħda forsi mis-siltiet l-iżjed għeżież u l-istediniet l-iżjed kommoventi ta’ Ġesù.

L-istedina li nersqu lejh tfisser ukoll li nkunu intimi miegħu. “Ejjew għandi u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Hi, biex ngħidu hekk, wegħda sabiħa dik li jagħtina Ġesù li meta nkunu tassew ħbieb tiegħu u ħbieb tal-Evanġelju l-qalb tagħna tistrieħ fil-kwiet, fil-paċi anke meta l-ħajja ma tkunx faċli… Read more »

The Lord, who is just and merciful, knows our heart – The Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġejlu qawwi mill-kapitlu 11 ta’ San Mattew jikkonfrontana bir-responsabbiltà li għandna. Il-Mulej juri ħniena magħna. Ġesù jgħid: “Il-ħafna mirakli li kien għamel fihom” (Mt 11:20). Jitkellem dwar l-indiema, jitkellem dwar il-predikazzjoni tiegħu “kieku l-mirakli li saru fikom” (Mt 11:21).

Aħna midħla ta’ Ġesù; aħna nafu ħafna bil-qawwa tiegħu u din il-ħaġa hi privileġġ u hi faraġ imma wkoll hi responsabbiltà… Read more »

We trust everything in the hands of the Virgin Mary – Archbishop

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena, aħna u niċċelebraw il-festa solenni ta’ Sidtna Marija taħt it-titlu sabiħ tal-Madonna tal-Karmnu, għandna fostna r-relikwa tal-labtu li jlibbes lil San Ġwanni Pawlu II. Ta’ żagħżugħ, skopra d-devozzjoni lejn il-Madonna, mgħallma minn San Luiġi Grignion Maria de Montfort, u Karol Wojtyla, ta’ żagħżugħ, ikkonsagra ruħu lill-Madonna. Il-Formola tal-Konsagrazzjoni li kkompona San Luiġi Grignion Maria de Montfort – jafuh ħafna dawk li huma midħla tal-Legion of Mary – tibda b’dawn iż-żewġ kelmiet: ‘Totus Tuus’, – ‘Jiena kollni tiegħek’… Read more »

We pray for our country that the Lord finds us willing to change our lives for the better – The Archbishop

Mass on the 15th Sunday of Ordinary Time

  The Church of St Maximilian Kolbe, Buġibba

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda miċ-ċirkustanzi fejn Ġesù stess jispjega t-tifsira, il-parabbola tiegħu u jgħidilna wkoll għaliex jitkellem bil-parabboli. Ħin minnhom jitkellem dwar uħud min-nies ta’ żmienu li kellhom, jgħid hu stess, qalbhom iebsa.

L-ewwel talba li nagħmlu llum fid-dawl tal-kelma tiegħu hi li l-Mulej irattab il-qalb tagħna. Irattab il-qalb tagħna għal xulxin u fuq kollox għall-kelma tiegħu li tistedinna nħobbu lil xulxin, nifhmu lil xulxin, u nagħdru lil xulxin… Read more »

Listen to the cry of justice! – The Archbishop to the Police Force

Mass on Police Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettili nsellimlek, għażiż President tar-Repubblika, Sinjura Vella, Onor. Ministru u personalitajiet distinti. Insellem lilek, għażiż Kummissarju, l-uffiċjali għolja kollha tal-Korp, il-membri tal-Korp, ukoll grupp sabiħ ta’ rekruti insellmilkom u nawguralkom f’dan il-jum. I would like to greet the members of our diplomatic corps. Thank you for your kind presence this morning at St John’s Co-Cathedral, as we pray and support our police corps… Read more »

Am I, with my life, leaving the world a little better than I found it?

Mass on the feast of St Benedict

  The Monastery of St Peter, Mdina

Qegħdin infakkru wieħed mill-patruni tal-Ewropa. San Pawlu VI ddikjara lil San Benedittu patrun tal-Ewropa, u r-raġuni kienet li b’dak li beda fis-seklu 6 qajjem il-kultura Ewropea miġbura madwar il-monasteri bħala ċentri ta’ talb, ta’ kultura, ta’ xogħol, ta’ agrikoltura, ċentri ta’ ċivilizzazzjoni.

Aħna rridu nitolbu l-interċessjoni ta’ San Benedittu llum biex din iċ-ċiviltà tal-imħabba, tat-talb, tal-bżulija, tkompli ssib propju ambjent fejn tikber u tixtered, mhux biss fuq il-kontinent tagħna, imma fostna u fid-dinja… Read more »