Din is-sena l-Papa Franġisku xtaq li għall-Jum il-Missjoni, aħna naħsbu f’dan is-suġġett, f’din it-tema sabiħa ħafna li tkunu ‘xhieda tiegħi’ (Atti 1:8). Jiena qed naħseb fil-missjunarji Maltin u Għawdxin madwar id-dinja li huma dawk li jwasslu l-istil tal-Evanġelju, li huma qrib il-poplu, li għandhom qalb ta’ tenerezza u ta’ kompassjoni għall-Poplu t’Alla fejn qegħdin, jirrappreżentaw ukoll l-imħabba tagħna.

Jiena nawgura lill-missjunarji Maltin u Għawdxin f’dan il-jum tal-Missjoni. Nirringrazzjahom talli huma xhieda tal-Evanġelju madwar id-dinja u nawgura u nitlob lill-poplu Malti u Għawdxi jkun ta’ sapport għall-Missio Malta f’dan il-jum importanti.