Message by Bishop Charles J. Scicluna during a concert in aid of Id-Dar tal-Providenza
17/12/2014- Nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante attenda kunċert fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert ittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.
Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Maġġur John Ivan Borg, u daqqet kompożizzjoni li nkitbet għall-okkażjoni bl-isem: ISPIRAZZJONI DIVINA, kitba ta’ Sunny Aquilina, muzika ta’ Mro Ray Sciberras…












