Il-Knisja f’Malta tappella biex ilkoll nosservaw b’attenzjoni d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-COVID-19 għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Dan jgħodd ukoll għall-Quddies fil-knejjes.

Il-Knisja tfakkar li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċi u fi knejjes oħra b’quddiesa u pellegrinaġġ biss. Attivitajiet oħra, bħalma huma l-marċi, mhumiex responsabbiltà tal-Knisja imma tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom. Fil-każ tal-marċi r-responsabbiltà hi tal-każini tal-banda u tal-Pulizija.