• Nhar l‑Erbgħa l‑1 ta’ Novembru 2017, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha, li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:00 p.m. bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesta. Din il‑festa tiġi ċċelebrata mill‑Knisja Universali biex l‑Insara jagħtu ġieħ lill‑Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‑eżempju tagħhom.

      Il‑Ħamis 2 ta’ Novembru, Jum it‑Tifkira tal‑Mejtin kollha, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tibda fl‑10:00 a.m. Dakinhar l‑Insara huma mistiedna jitolbu għall‑erwieħ kollha li marru qabilna bis‑sinjal tal‑fidi u bit‑tama tal‑qawmien mill‑imwiet, biex bil‑ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub. 

  • L‑Insara kollha huma mħeġġa jattendu biex filwaqt li jiċċelebraw il‑ħajja tal‑Qaddisin u jirringrazzjaw lil Alla għall-Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech, jitolbu wkoll għall‑għeżież mejtin tagħhom.