Minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall‑pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà kemm tal‑pubbliku kif ukoll tal‑impjegati.
Għalhekk, il‑Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal‑ħidma tal‑Arċidjoċesi. In‑numru 79241281 se jibda jopera minn għada s‑Sibt, bejn id‑9:00 a.m. u l‑4:00 p.m. Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq [email protected].