Andrè Psaila, seminarista fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju, se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-festa tal-Kunċizzjoni, nhar il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru 2024, waqt il-quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent.
Il-quddiesa tibda fid-9:30am u se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u Radju RTK 103.
Andrè Psaila mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, se jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot.
Filwaqt li jilqgħu b’ferħ, Mons. Arċisqof, f’isem il-Knisja, se jkun qed jitolbu biex matul is-snin li ġejjin ikompli jħejji lilu nnifsu bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.
Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dan il-kandidat għas saċerdozju.