Heals and integrates – Bishop Galea‑Curmi
26/06/2026 The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Resaq fuqu wieħed lebbruż” (Mt 8:2). Hekk naqraw fir-rakkont illum, mill-Evanġelju skont San Mattew. Għall-ewwel, meta taqra din is-silta, tgħid: hu ovvju, jekk dan kien marid u ried li Ġesù jfejqu, mhux jersaq fuqu? Imma, meta tkun taf li dak iż-żmien lebbruż ma setax jersaq lejn ħaddieħor, tinduna x’differenza hemm f’din is-silta speċjalment dwar dan il-lebbruż. Dak iż-żmien, lebbruż ma setax jersaq lejn ħaddieħor; anzi, skont il-liġi tagħhom, kellu jgħajjat biex ħaddieħor jitbiegħed minnu… Read more »













