L-Uffiċċju Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati qed jorganizza rtir bit-tema: ‘Ejjew għandi intom ilkoll…’ (Mt 11:28) nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju 2026. L-għan prinċipali ta’ dan l-uffiċċju hu li jagħti sapport, akkumpanjament spiritwali u jgħin fit-tisħiħ tal-persuna b’mod ħolistiku qabel, waqt u wara t-trawma tas-separazzjoni.

L-irtir se jsir fid-Dar tal-Irtiri Mt Joseph fil-Mosta mit-8:30am sas-2pm u jiswa €25 (bl-ikel inkluż). Il-programm jinkludi żewġ taħditiet u quddiesa.

Programm

08:30    Reġistazzjoni
09:00    Ejja qabel ikun tard wisq
10:00    Waqfa kafè/te
10:30    Ġib dak li jħabbtek u jtaqqlek
11:30    Diskussjoni Ġenerali
12:15    Ċelebrazzjoni Ewkaristika
13:00    Ikel (jekk trid)

Agħfas hawn biex tapplika: https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 99478608, 25906 152 jew ibgħat fuq [email protected]


Dwar l-Uffiċċju Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati

Dan l-uffiċċju jopera mal-Caritas Malta u l-Moviment ta’ Kana kif ukoll jaħdem ma’ diversi NGOs, entitajiet ċivili u ekkleżjali li jaħdmu jew juru interess lejn it-tisħiħ ħolistiku tal-familji u l-koppji, speċjalment dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet bħalma hi s-separazzjoni fiż-żwieġ. Hu mmexxi minn Dun Marco Portelli.

Bħala uffiċċju jipprovdi:

  • sapport u akkumanjament spiritwali għall-koppji u/jew persuni single li qed jaħsbu biex jisseparaw jew jinsabu fil-proċess, kif ukoll li diġà huma separati
  • strateġija ta’ prevenzjoni b’kuntatt personali u/jew fi gruppi b’laqgħat li joffru sapport. Din l-istrateġija, b’koordinament ma’ Caritas Malta, tindirizza temi bħat-telfa u l-għajnuniet meħtieġa f’mumenti delikati fil-ħajja ta’ dawn il-persuni; id-dixxerniment spiritwali flimkien ma’ laqgħat ta’ formazzjoni ħolistika.
  • fuq livell ta’ parroċċi, laqgħat għall-gruppi bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjonijiet fiż-żwieġ u/jew laqgħat għal dawk li qed jesperjenzaw diffikultajiet fir-relazzjoni taż-żwieġ tagħhom.

Matul is-sena joffri:

  • eżerċizzi spiritwali fi żmien ir-Randan,
  • seminars ta’ formazzjoni għall-facilitators tal-gruppi fil-parroċċi,
  • seminars fuq temi ta’ interess ġenerali,
  • attivitajiet soċjali bħal mixjiet, attivitajiet kulturali, ikliet,
  • gruppi ta’ sapport f’uħud mill-parroċċi,
  • akkumpanjament u sapport fuq bażi one-to-one (b’appuntament).