Restoration works at Ħad-Dingli and Mġarr parish churches completed
Projects by the Foundation for Cultural Heritage co-financed by EU funds
09/04/2021Il-mużajk ta’ Marija mtellgħa s-sema li jisab mal-frontispizju tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr
Dalgħodu ġew inawgurati diversi proġetti ta’ konservazzjoni u restawr fil‑parroċċi ta’ Ħad‑Dingli u l‑Imġarr, permezz tal‑ħidma li saret mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑proġetti saru b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, b’investiment totali ta’ €217,000. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.
F’Ħad‑Dingli ġew irrestawrati diversi opri tal‑arti: l‑14‑il pittura tal‑Via Sagra, il‑pedestall u n‑niċċa tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑Adorazzjoni tas‑Slaten Maġi, il‑pittura tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑artist Portugiż Manuel Pereira li turi t‑tieġ bejn San Ġużepp u l‑Madonna, u l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann… Read more »