L-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020, waslu Malta minn Ruma l-fdalijiet tal-Kardinal Prospero Grech. Fl-4:30pm il-korteo funebri wasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed il-Kardinal, fejn sar mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz.

Wara, l-korteo telaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat, sabiex għada, il-Ħamis 9 ta’ Jannar, bejn id-9am u nofsinhar, il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jitqiegħdu fil-kappella tal-kunvent għall-qima tal-pubbliku. Hemmhekk wieħed ikun jista’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

F’nofsinhar tindaqq mota funebri fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

Fis-1:40pm, it-tebut jittieħed lejn il-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, u fis-2pm issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju tal-Kardinal, ippreseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Segwi l-quddiesa live.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti