L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2013, fit-8.00 p.m. It-tema se tkun marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali se tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, tgħaddi mit-toroq tal-Belt Valletta u tintemm quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis hija organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. L-attività tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK (103 FM Stereo).

[issuu layout=http%3A%2F%2Fskin.issuu.com%2Fv%2Flight%2Flayout.xml showflipbtn=true documentid=130327090716-3c09b1f78373451185a2b2da6fbd13cf docname=via_sacra_nazzjonali username=spieldeg loadinginfotext=Via%20Crucis%20Nazzjonali%202013%20-%20Skript showhtmllink=true tag=crucis width=420 height=297 unit=px]

AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-qari u t-talb tal-Via Crucis 2013

Ritratt: Photocity, Valletta