• ***

    Direttur: Ari Sandel
    Atturi: Mae Whitman, Robbie Amell, Bella Thorne, Bianca A. Santos, Skyler Samuels, Romany Malco, Chris Wylde555, Allison Janney u Ken Jeong
    Ħin tal-Film: 101 min
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
    Bianca Piper hi tfajla ntelliġenti  li qegħda tagħmel ħiltha biex tilħaq il-livell li s-soċjeta` tallum titlob miż-żgħażagħ fejn tidħol is-sbuħija u l-kompatibilita`  romantika tal-individju. Bianca kienet tgawdi l-ħbiberija ta’ żewġ iħbieb Jess u Casey, it-tnejn iktar popolari minnha. Hi wkoll kienet ġarra u ħabiba ta’ Wesley Rush, magħruf  fost sħabu għal ħiliet tiegħu fil-logħob tal-ballun. Bianca wkoll kienet tammira ħafna lil Toby Tucker, gittarista popolari fost l-istudenti sħabu iżda li  dejjem baqgħet lura milli  turih li tħobbu. Jum wiehed,  taddendi għal parti organizzat minn Madison Morgan, li xejn ma kienet ħabiba onesta magħha. Tmur biex forsi jkollha l-kuraġġ li tkellem lil Toby.  Iżda din l-attivita` ntemmet f’diżastru għaliex  Wesley, bla ma ried,  jiżvela lil Bianca li hi kienet magħrufa minn sħaba bħala:  The Duff  (Designated Ugly Fat Friend), titlu li kien jingħata mhux  għaliex il-persuna kienet ħoxna iżda li fi grupp soċjali dik il-persuna kienet l-inqas popolari. Bianca meta tisma’ dan mhux biss ħasset ruħha  mweġġa’  iżda xxokkjata. Intebħet li dawk kollha li kienu jfittxuha kienu biss jagħmlu dan għaliex xtaqu jkunu qrib ta’ Jess u Casey. Riżultat ta’ dan, Bianca taqta’ l-ħbiberija tagħha minn Jess u Casey. Sadanittant Bianca ssir taf li l-ħabib tagħha Wes kien jinsab fl-inkwiet mal-għalliem tiegħu għaliex ma kienx qiegħed jagħmel ħiltu li jistudja biżżejjed. Dan kien ifisser li seta’  jitlef mhux biss postu fit-tim iżda wkoll borża ta’ studju s-sena d-dieħla. Bianca toffri li tgħin lil Wes billi tgħinu jgħaddi l-eżami. Wes minnaħa tiegħu joffri l-għajnuna tiegħu biex jurija kif tista’ toqrob lejn Toby u ssir tafu. Tgħid jirnexxi l-pjan biex  Bianca tibda toqrob lejn Toby jew jixfaxxa kollox. X’jigri?
    Film Amerikan għaż- żagħżagħ taħt id-direzzjoni ta’ Ari Sandel, kitba ta’ Josh A. Cagan li llaqqagħna ma’ Bianca Piper, tfajla ntelliġenti, li għalkemm sabet xi diffikultajiet fil-ħajja, iżda fl-aħħar irnexxielha tgħelibhom bis-saħħa ta’ ħbieb ġenwini u onesti.  Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena iżda persuni ta’ eta` iżgħar, jistgħu jarawh jekk ikunu akkompanjati minn persuna adulta.