Il-Kummissjoni Ekumenika, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Emigranti, qed torganizza taħdita bl-isem L-ORTODOSSI FOSTNA nhar l-Erbgħa 31 t’Ottubru 2012, fis-6.30pm, f’Dar l-Emigrant, Valletta. It-taħdita se ssir minn Mons. George Mifsud Montanaro li huwa l-espert lokali fuq dan il-qasam.