Nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru, 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona ta bidu għal żjara pastorali f’San Pawl il-Baħar. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies f’din il-lokalita jkomplu matul din il-gimgħa (Agħfas hawn biex tara l-impenji tal-Arċisqof).
Iż-żjarat pastorali bdew f’Jannar ta’ din is-sena. Minn Jannar sa Lulju, l-Arċisqof zar 14-il parroċċa. Wara l-waqfa tas-sajf, iż-żjarat pastorali qed ikomplu bi żjarat f’7 parroċċi oħra sa Diċembru.
Il-Pjan Pastorali tal-Knisja f’Malta għas-snin 2009 – 2011 jgħid li matul dawn it-tliet snin, l-Arċisqof se jagħmel iż-żjarat pastorali fil-parti l-kbira tal-parroċċi f’Malta. Il-mira hi li ż-żjarat pastorali fil-parroċċi kollha jkunu mifruxa fuq mhux aktar minn ħames snin.
Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof f’San Pawl il-Baħar li qed jidhru fuq din il-paġna, u ħafna oħrajn, jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għall-attivitajiet tal-Arċisqof f’San Pawl il-Baħar, ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.