Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

It‑Tnejn 1 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon mill‑Knisja ta’ Ġieżu fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u  Newsbook Malta.

Il‑Ġimgħa 5 ta’ Lulju, fis‑6:15pm jiċċelebra r‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesti djoċesani dwar il‑Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, u wara ssir quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla, fil‑Knisja ta’ Santu Wistin fil‑Belt Valletta. Din se tixxandar fuq Knisja.mt u  Newsbook Malta.

Il‑Ħadd 7 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Qalb ta’ Ġesù fi Fleur‑de‑Lys, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103. Fis‑6pm jiċċelebra quddiesa fil‑125 anniversarju mill‑inkurunazzjoni tax‑xbieha tal‑Madonna tal‑Mellieħa fil‑bitħa tas‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa.

Il‑Ħamis 11 ta’ Lulju, fis‑6:30pm, is‑Solennità ta’ San Benedittu, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja ta’ San Pietru fil‑Monasteru ta’ San Benedittu fl‑Imdina.

Il‑Ġimgħa 12 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u  Newsbook Malta.

Il‑Ħadd 14 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tad‑Duluri f’San Pawl il‑Baħar, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103.

It‑Tlieta 16 ta’ Lulju, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu fil‑Bażilika tal‑Madonna tal‑Kamrnu fil‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 20 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑50 anniversarju mill‑ordinazzjoni ta’ 35 saċerdot fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.

Il‑Ħadd 21 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑ftuħ tal‑maratona tal‑volleyball tad‑Dar tal‑Providenza fis‑Siġġiewi, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u radju RTK 103.