• Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru 2018, bdiet l-Assemblea Djoċesana 2018, fejn matulha qed isir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu Djoċesan li sar bejn l‑1999 u l‑2003.

    Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu Kultura-Soċjetà-KnisjaDjakonija u ĠustizzjaLajċi NsaraŻwieġ u Familja u Adolexxenti u Żgħażagħ.

    Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja qed tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku. Dan permezz tal‑ħidma pastorali li ssir fis‑70 parroċċa f’Malta, fil‑qasam tal‑edukazzjoni, u tal‑ħidma soċjali u ta’ karità li l‑Knisja twettaq b’risq il‑persuni foqra u dawk l‑aktar fil‑bżonn.

    L-Assemblea Djoċesana tkompli llejla, il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru, bil-preżentazzjoni ta’ ħames working groups dwar id-dokumenti Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni, Xandir tal-Kelma, Liturġija u SagramentLejn Knisja Dejjem Aktar Inklużiva u Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej. L-Assemblea tintemm bil-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.

    L‑Assemblea qed issir fil‑Katekumenju, il‑Mosta, fejn kien sar is‑Sinodu Djoċesan.

     

  • Ritratti: knisja.mt/ritratti