• Inħeles Patri Samuel Okwuidegbe, il-patri Ġiżwita Niġerjan ta’ 50 sena li l-ġimgħa l-oħra nħataf minn grupp ta’ nies mhux magħrufa waqt li kien sejjer jagħmel irtir.

    Patri Samuel inħeles nhar is-Sibt 22 ta’ April u mhux magħruf ir-raġuni għaliex inħataf u nħeles.

    Il-ħtif sar fi triq li tgħaqqad Benin City ma’ Onitsha.

    Fl-aħħar snin għadd ta’ qassisin u reliġjużi nħatfu fin-Niġerja, l-aktar fin-nofsinhar tal-pajjiż, bil-għan li jieħdu somma flus minn fuqhom.

    F’każ ta’ ħtif, il-Konferenza Episkopali tan-Niġerja ma tħallix li jsir ħlas sabiex jinħelsu l-qassisin Kattoliċi.