Is-Segretarjat tal-Katekeżi għadu kemm ħareġ l-ewwel Faxxiklu: Ngħid li Jiena Nemmen!

Din ir-riżorsa kateketika tista’ tintuża’ ma’ kull kategorija ta’ ħidmiet pastorali; imma hija l-aktar indirrizzata għall-Operaturi Pastorali li jaħdmu mal-Adolexxenti u Żghażagħ minn tlettax-il sena ‘l fuq u żgħażagħ minn tmintax-il sena ’l fuq.

Dan il-faxxiklu se jkun għall-bejgħ mill-Uffiċċji tas-Segretarjat minn nhar it-Tlieta 23 ta’ Ottubru, ’l quddiem. Il-prezz huwa ta’ €5 biss.

The front cover of the new resource pack

Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu lil Sr Alexandra Chircop fuq 22039408. Għal xiri ta’ kopji tistgħu ċċemplu lis-Sinjura Anna Maria Fenech fuq 22039402 filgħodu,jew lis-Sur Tonio Azzopardi, filghaxija bejn il-5.30-7.30p.m, fuq l-istess numru telefoniku.