• L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Patri Deo Debona O.S.A. bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, fil-Belt Valletta.

      Patri Deo twieled il-Kalkara fit-8 t’April 1983. Huwa beda l-formazzjoni tiegħu bħala student Agostinjan f’April 2000. Fl-2005 huwa mar għas-sena tan-novizzjat f’Racine, fl-istat ta’ Chicago, fl-Istati Uniti u fl-2006 għamel l-ewwel professjoni tiegħu fi ħdan l-Ordni Agostinjan.  Fl-2009 Patri Deo għamel l-Professjoni Solenni. F’Novembru tal-istess sena, Patri Deo ġie ordnat djaknu mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Ġunju 2010. 

      Fl-2010, Patri Deo kien maħtur Viċi Rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin, kariga li huwa baqa jokkupa sa April li għadda.